Kultura Lokali Mużika

Filmat: Illejla Malta tipparteċipa fit-tieni semifinali tal-Eurovision – Awguri Firelight!

Illejla Malta se tikkompeti fis-semifinali tal-Eurovision Song Contest, li din is-sena qed isir f’Kopenhagen fid-Danimarka. Il-grupp Malti Firelight se jkun l-ewwel li jitla’ fuq il-palk fit-tieni semifinali tal-lum, biex jinterpreta s-silta “Coming Home” bit-tama li jikkwalifika għall-finali tas-Sibt li ġej.

Din is-sena hi d-59 edizzjoni ta’ dan il-konkors u t-tielet darba li qed tospitah id-Danimarka wara r-rebħa ta’ Emmelie de Forest is-sena li għaddiet. Fis-semifinali tal-lejla jikkwalifikaw għaxar pajjiżi oħra, li flimkien mal-10 li għaddew it-Tlieta, jingħaqdu għas-serata finali mal-ħamsa l-kbar (l-Ingilterra, Spanja, il-Ġermanja, Franza u l-Italja), kif ukoll mad-Danimarka bħala pajjiż organizzatur.