L-eks Ministru responsabbli mir-restawr George Pullicino ġie mistieden mill-Assoċjazzjoni Taljana għar-Ristorazzjoni u l-Konsolidazzjoni Strutturali, l-ASS.I.R.C.CO biex jagħti preżentazzjoni fuq ix-xogħol ta’ restawr fuq il-fortifikazzjonijiet tal-Imdina, iċ-Cittadella, il-Birgu u l-belt Valletta b’fondi mill-Unjoni Ewropea.
Madwar €36 miljun ġew allokati mill-Unjoni Ewropea għall-programm ta’ fondi tal-perjodu bejn l-2007 u l-2013; l-ikbar programm ta’ restawr li qatt sar f’Malta.
L-assoċjazzjoni Taljana, li twaqqfet fl-1977, qed torganizza konferenza ta’ tlett’ijiem f’Modica, fi Sqallija bit-tema ‘New Technologies for Heritage Restoration in Sicily’. L-Arkitett George Pullicino ta l-preżentazzjoni tiegħu lbieraħ.
Il-konferenza qed tiġi organizzata flimkien mal-Kamra tal-Arkitetti, il-Kamra tal-inġiniera u l-kamra tad-Draughtsmen waqt li r-Rotary Club Modica qed tappoġġja finanzjarjament din il-konferenza.
//= $special ?>