Il-Ministru Konrad Mizzi, li hu responsabbli mill-energija, ma weġibx iħossux komdu jiftahar b’żewġ ċentezmi roħs għall-poplu Malti fil-fuel, meta l-mara tiegħu qed talqa’ tlettax-il elf ewro fix-xahar.
Mistoqsi dwar dan waqt attivita’ li kellu filgħodu, il-Ministru tal-Energija qal li t-two cents qed iġġib stabbilta’ kbira għall-komunita’ tan-negozju. Iddeskriviha bħala xi ħaga kbira, li qal, l-ebda Gvern fl-Ewropa ma rnexxielu jagħmel.
Mistoqsi mill-ġdid biex iwieġeb hux ġust li hemm min qed jieħu tlettax-il elf ewro fix-xahar, imqabbel mal-poplu li ħa 2c roħs, Mizzi rega’ wieġeb li dan ir-roħs qed jieħdu kulħadd.
Dan l-istazzjon ma kellux ic-cans jistaqsi lil Konrad Mizzi dwar il-ħaddiema tal-Enemalta li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħu, u li apparti li kellhom jikkuntentaw biż-żewġ ċenteżmi tal-ewro, jinsabu taħt theddida minħabba li l-Gvern Cini xtara parti mill-Korporazzjoni.
U waqt li l-mara ta’ Konrad Mizzi qed idaħħal paġa ta’ tlettax-il elf ewro biex tagħmel xogħol miċ-Ċina, lil dan il-ħaddiema l-Gvern qed jitlobhom jaħdmu minn Malta għall-Gvern Ċiniż, imma bil-pagi taċ-Ċina.
Fl-istess attivita’ Konrad Mizzi kkonferma wkoll li c-Chief of Staff li kellu, Joseph Montebello, mhux se jkompli jmexxi s-Segretarjat Privat tiegħu. Imma caħad li keccieħ wara argument jaħraq li kien hemm bejniethom aktar kmieni din il-ġimgħa. Montebello, kuntrarju għas-soltu, ma kienx preżenti għall-attivita’ mal-Ministru.
//= $special ?>