Kienet imnedija kampanja ta’ reklutaġġ għall-infermiera bl-iskop li tissolva l-problema ta’ nuqqas ta’ infermiera fl-isptarijiet Maltin. Dettalji dwar din il-kampanja ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru Konrad Mizzi, mis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne u mill-President tal-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) Paul Pace.
Fil-ġimgħat li ġejjin, se toħroġ sejħa għall-impjieg għal 150 infermier, li se jiggradwaw f’Settembru biex dawn ikunu mpjegati mmedjatament. Jirriżulta li bħala toal, il-pajjiż għandu bżonn 400 infemier u għalhekk, minħaba n-nuqqas, se toħroġ ukoll sejħa għall-impjieg temporanju ta’ infermiera barranin. Fil-pajjiż bħalissa hawn 3,200 infermier, iżda l-pressjoni se tkompli tikber anke minħabba l-ftuħ tal-isptar il-ġdid tal-onkoloġija.
Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jirriżulta li fl-2025 se jkun hawn madwar 80,000 persuna ta’ aktar minn 65 sena, li se jtilgħu għal 108,000 fl-2050. Dan ifisser li fl-2050 il-pajjiż se jkollu bżonn madwar 21,000 sodda f’residenzi għall-anzjan, prattikament 18-il ‘San Vinċenz’ ieħor. Dwar is-sitwazzjoni fis-settur tas-saħħa, il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern qed jaħdem fuq erba’ proġetti, li huma l-istennija għall-operazzjonijiet, in-nqqas ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei, il-mediċini out of stock u l-istennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza.
Il-Ministru Mizzi wiegħed li l-poplu se jibda jara l-progress ġimgħa wara ġimgħa f’dawn is-setturi.
//= $special ?>