Futbol Lokali Sport

L-ebda sorpriżi fl-iskwadra ta’ Löw

Fl-iskwadra proviżorja Ġermaniża għat-Tazza tad-Dinja mgħajjta mill-kowċ Joachim Löw ma kien hemm l-ebda sorpriżi kbar. L-uniku għażla li kien hemm min ma tantx qabel magħha hi li Löw ħalla barra lill-attakkant ta’ Fiorentina Mario Gomez iżda dan kellu numru ta’ injuries li ħallewh barra għal diversi xhur.

Ta min jinnota li l-attakkant ta’ Lazio Miroslav Klose jista’ jsir l-aqwa skorer fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. Klose, li għandu 35 sena se jkun qed jieħu sehem fir-raba’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja u jekk jiskurja minn tal-anqas żew; gowls jikser ir-rekord ta’ 15-il gowl li attwalment qiegħed f’idejn l-eks attakkant le;;endarju tal-Brażil Ronaldo.

L-iskwadra:
Goalkeepers: Neuer (B. Munich), Weidenfeller (B. Dortmund), Zieler (Hannover)
Difensuri: Boateng (B. Munich), Durm (B. Dortmund), Grosskreutz (B. Dortmund), Howedes (Schalke), Hummels (B. Dortmund), Jansen (Hamburg), Lahm (B. Munich), Mertesacker (Arsenal), Mustafi (Sampdoria), Schmelzer (B. Dortmund)
Midfielders: Bender (B. Dortmund), Draxler (Schalke), Ginter (Freiburg), Goretzka (Schalke), Gotze (B. Munich), Hahn (Augsburg), Khedira (R. Madrid), Kroos (B. Munich), Meyer (Schalke), Muller (B. Munich), Ozil (Arsenal), Podolski (Arsenal), Reus (B. Dortmund), Schurrle (Chelsea), Schweinsteiger (B. Munich)
Attakkanti: Klose (Lazio), Volland (Hoffenheim)