Il-proċess ta’ tisħiħ mill-Partit Nazzjonalista matul l-aħħar sena ma kienx xi ħaġa faċli meta dan il-partit qed jaffaċċja magna li qed tibbumbardja lin-nies bi propoganda politika, magna tal-gideb. Dan għaliex il-Partit Laburista gideb li l-powerstation kienet fabbrika tal-kancer meta statistika tal-Unjoni Ewropea uriet li pajjiżna naqqas l-emissjonijiet.
Imma agħar minn hekk il-Partit Laburista poġġa lil Cyrus Engerer bħala kandidat preferut tal-Partit Laburista minkejja li hu kellu akkużi serji ta’ tixrid ta’ pornografija kontrih. Issa li l-Qorti sabitu ħati u tat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal sentejn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ghamel appell lill-Prim Ministru biex ma jkunx dghajjef quddiem din is-sitwazzjoni.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal dan waqt li kien qed jindirizza attivita’ tal-Partit Nazzjonalista f’Villa Arrigo f’għeluq is-sena mit-tmexxija l-ġdida tal-partit.
Hu qal li din is-sena biddlitlu ħajtu u sar jaf iktar xi tfisser li toħrog fit-triq u tgħix mill-qrib tan-nies. Sena li kienet diffiċli anke għaliex espona lilu nniffsu għall-pubbliku, għall-attakki, insulti u theddid li minflok kissruh, daħħlu fih konvinzjoni u determinazzjoni li jkompli l-ħidma tiegħu, għaliex b’maggoranza daqshekk kbira, dawn l-attakki fuqu u l-kumplament tat-tim tal-partit huma turija li qed iniggzu lill-gvern.
Hu qal li l-Partit Nazzjonalista qed jahdem biex il-livell tal-politika joghla ‘il fuq. Biex dan isir, l-onesta’ u umilta’ jridu jkunu l-bażi tal-Partit Nazzjonalista, partit li mhux mibni fuq mexxej, imma fuq tim.
Fakkar li biex il-Partit Nazzjonalista bena dan it-tim affaccja diffikultajiet kbar u beda minn 36,000 elf minn taht. Madankollu tul din is-sena il-partit issaħħah b’mod organizzattiv, finanzjarju u politiku biex ikun oppożizzjoni effettiva, partit qrib in-nies.
Imma minkejja dan kollu, Simon Busuttil wiegħed li se jkompli jaħdem biex il-partit ikompli jinżel fil-livell tan-nies, qrib in-nies.
Minn naha tiegħu is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said tkellem dwar it-tim ta’ 11-il kandidati li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista, kandidati kompetenti, onesti, nodfa u konvinti mill-Unjoni Ewropea.
Din kienet sena importanti ħafna fejn il-Partit Nazzjonalista fetah il-bibien tiegħu, waqqaf fora, kumitati u fergħat differenti li mhux biss qed iġeddu l-partit imma qed iħallu wkoll impatt fis-soċjeta’.
Minn naħa tiegħu l-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco fakkar li l-Partit Nazzjonalista għandu storja ta’ bidla għall-ġid ta’ pajjiżna. Imma l-partit sab sfida biex din id-darba jinbidel hu biex jissaħħah. Qal li din kienet sfida diffiċli, process twil li llum-il gurnata ħalla l-frott.
Tkellem ukoll dwar kif il-Partit Nazzjonalista ssaħħah ukoll billi fil-Parlament għandu tim ta’ deputati li b’unita’ kbira qed jahdmu bla qatigħ għall-ġid ta’ Malta.
Beppe Fenech Adami, Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit fakkar kif id-decizjoni dwar min se jmexxi lill-partit ingħatat f’idejn il-partitarji għax dan hu partit tan-nies. Partit li rrikonoxxa kemm għamel ġid, imma wkoll li naqas u wegga’ lin-nies. Għalhekk Beppe Fenech Adami reġa tenna l-iskuza tal-partit lejn min ħassu mweġġa’ u wieghħed li se tkompli l-ħidma biex il-partit jkompli jissaħħa. Issa li l-partit fetaħ il-bibien tad-Dar Centrali beraħ, issa jrid ikompli jiftah moħħu u qalbu għaċ-ċittadini ta’ pajjizna.
//= $special ?>