Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’nirien f’San Ġwann. Madankollu l-blokka ta’ appartamenti ġarrab ħsarat konsiderevoli. Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-4pm.
Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li l-familja kienet fir-residenza tagħhom, meta għal xi raġuni parti mill-appartament ħa n-nar. Il-membri tal-familja ħarġu mill-blokk fil-ħin.
Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li kkontrollaw in-nirien. Issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lit-tliet membri tal-familja, fosthom tarbija.
Kawża tan-nirien, ir-residenti tal-appartamenti l-oħra fil-blokka ntalbu joħorġu bħala prekawzjoni.
Ritratt: Roberto Cassar
//= $special ?>