Futbol Sport

Blatter irid jibqa’ President

Il-President attwali tal-FIFA Sepp Blatter qal li jrid jibqa’ jmexxi lill-FIFA għax skont hu “l-missjoni tiegħu għadha ma spiċċatx”. Blatter, li għandu 78 sena ilu President tal-FIFA sa mill-1998 filwaqt li ilu jaħdem fi ħdan il-FIFA sa mill-1975.

L-elezzjonijiet għall-Presidenza tal-FIFA se jsiru f’Mejju tal-2015 u jekk Blatter ikun konfermat President ikun qed iservi l-ħames terminu tiegħu. F’Ġunju tal-2011 Blatter kien ri-elett wara li l-uniku avversarju, Mohamed Bin Hammam, President tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Asja, irtira jum qabel l-elezzjoni akkużat b’tixħim.

“Irrid nibqa’ President għax irrid inkompli naħdem fuq il-missjoni tiegħi. Ir-raba’ terminu tiegħi daqt jintemm imma l-missjoni le,” qal Blatter.