ĠERMANJA……………1
ŻVIZZERA……………..1
Ġermanja> Konigsmann, Becker, Clasen (Bader 84), Gimber, Boeder, Bektic, Besuschkow, Aydogan (Porath 53), Ferati, Henrichs, Ochs (Fiore-Tapia 78)
Żvizzera> Kobel, Schättin, Selmanaj, Kryeziu, Arnold, Cani (Babic 63), Sow, Al. Ajeti (Alpsoy 78), Oberlin, Huser (Kutesa 70), Ruegg
Imwissija> Besuschkow (Ġ), Babic (Ż)
Tkeċċa> Arnold 75 (Ż)
Skurjaw> Henrichs 58 (Ġ), Babic 72 (Ż)
Referee> Alexander Harkam (AWS)
L-Iżvizzera li biex waslu sa dawn il-finali eliminaw lil Spanja, komplew jissorprendu meta salvaw draw 1-1 kontra l-Ġermanja fl-ewwel logħba minn Grupp B tal-Kampjonati Ewropej ta’ taħt is-17-il sena fil-Gozo Stadium. Il-Ġermaniżi kienu qed igawdu vantaġġ ta’ gowl u wara li l-avversarji tagħhom ġabu d-draw, il-Ġermaniżi fallew penalty u naqsu milli jirbħu kontra tim li spiċċa jilħab b’10 plejers.
Il-Ġermanja kienu l-aktar li ħarġu aggressivi u wara ftit minuti kellhom ċans ta’ Oguzhan Aydogan li ra x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa jgħaddi ftit barra. Huma komplew jippressaw u minuta wara, Max Besuschkow, wiċċ i’m b’wiċċ mal-gowlkiper falla ċans kbir wara li kien irċieva cross perfett mingħand Arianit Ferati.
Minkejja l-attakki kontinwi tal-Ġermaniżi, l-Iżvizzeri ikkontrollaw tajjeb u sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien għadu ma infetaħx. L-uniku ċans denju ta’ nota li kellhom l-Iżvizzera fl-ewwel 40 minuta kien meta l-gowlkiper Ġermaniż Timo Konigsmann salva tentattiv ta’ Albian Ajeti.
Mal-ftuħ tat-tieni taqsima l-Ġermanja fetħu l-iskor. Kien fit-58 minuta meta Finn Porath approfitta minn pass ħażin tal-avversarji u għadda l-ballun lejn Besuschkow li kompla lejn HENRICHS li ma għamel l-iskor 1-0.
Imma fl-aħħar tmien minuti ġara minn kollox. Kontra l-andament tal-logħob l-Iżvizzeri ġabu draw permezz ta’ BABIC li approfitta minn clearance żbaljata fid-difiża Ġermaniża u bil-gowlkiper barra minn postu spara fix-xibka.
Immedjata r-reazzjoni tal-Ġermanja li ingħataw penalty dubjuż meta Arnold waqqa` lil Finn Porath u kien muri l-karta l-ħamra. Imma mill-11-il metru l-gowlkiper Żvizzeru Kobel salva t-tentattiv fjakk ta’ Ferati għal draw 1-1. Fit-12 ta’ Mejju issa l-Iżvizzera jmissha tilgħab kontra l-Portugall filwaqt li l-Ġermanja tilgħab kontra l-Iskozja.
//= $special ?>

