Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: Joseph Cuschieri jipprova jnessi dak li qal ftit jiem ilu dwar il-‘magna’ Laburista

Preċizament xahar ilu, fil-bidu ta’ April, Joseph Cuschieri kien ħabbar li ma kienx se jikkontesta għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew għax il-Partit Laburista kien iddeċieda diġà min se jiġi elett u li ma riedx jieħu sehem f’kompetizzjoni diġà deċiża. Fuq stazzjon televiżiv privat, filwaqt li ħabbar li mhux se jikkontesta, Cuschieri kien qal ukoll li minkejja li tkellem mal-Prim Ministru u mal-President tal-Partit Laburista, dak li qal waqa’ fuq widnejn torox.

Iżda llum, ġimgħatejn qabel l-24 ta’ Mejju, Joseph Cuschieri qed jipprova jnessi lil kulħadd bid-dikjarazzjonijiet li għamel. Waqt it-tnedija tal-kampanja elettorali tiegħu, hu għażel li ma jweġibx mistoqsijiet dwar id-dikjarazzjonijiet li għamel ftit tal-jiem qabel. Waqt it-tnedija tal-kampanja elettorali ta’ Cuschieri, Joseph Muscat faħħar lill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew għax kien ċedielu post fil-Parlament Malti biex seta’ jsir Kap tal-Oppożizzjoni, meta fl-2008 kien laħaq Mexxej Laburista.

Fi kliem Muscat, Joseph Cuschieri għamlu kburi fil-Parlament Ewropew.