Is-sewwieq Ingliż tal-Mercedes Lewis Hamilton kellu wirja mill-aqwa waqt il-provi liberi għall-Grand Prix ta’ Spanja li se jsir għada. Fiż-żewġ sessjonijiet ta’ provi liberi li saru lbieraħ, Hamilton irreġistra l-aqwa ħin.
Is-sewwieq tal-Mercedes rebaħ tliet Grand Prix konsekuttivi dan l-istaġun u bħalissa jinsab fit-tieni post tal-klassifika tas-sewwieqa, b’erba’ punti inqas minn sieħbu tal-Mercedes Nico Rosberg.
Fit-tieni sessjoni Hamilton spiċċa quddiem l-istess Rosberg filwaqt li Daniel Ricciardo tar-Red Bull irreġistra t-tielet l-aħar ħin.
Iċ-champion renjanti tar-Red Bull Sebastian Vettel għamel biss erba’ dawriet minħabba ħsarat fil-karozza fl-ewwel sessjoni u minħabba f’hekk ma ħax sehem fit-tieni sessjoni.
Il-prinċipal tat-tim Christian Horner qal li l-problema ma kinitx relatata mat-tibdil fix-chassis tal-karozza ta’ Vettell li sar għal din it-tiġrija.
Fl-ewwel sessjoni Vettel spiċċa fl-20 post waqt li Fernando Alonso tal-Ferrari, fl-ewwel sessjoni irreġistra r-raba’ l-aħjar ħin.
Hamilton qatt ma rebaħ fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja u minn kif jidhru l-affarijiet s’issa hu l-akbar favorit li jikseb l-ewwel rebħa tiegħu fi Spanja.
Is-Sibt isiru l-provi uffiċjali għall-pole position.
//= $special ?>