Wara li l-eks Star Candidate tal-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Cyrus Engerer ħabbar li se jirtira l-kandidatura tiegħu, illejla tħabbar li l-Kummissjoni Elettorali se tkun qed terġa’ tistampa mill-ġdid il-polza tal-vot mingħajr l-isem ta’ Engerer.
B’hekk, il-Kummisjoni Elettorali laqgħet it-talba tal-Partit Laburista biex minkejja li diġà ġiet stampata l-polza tal-vot għall-ġurnata tal-elezzjoni, din se terġa’ tigi stampata mill-ġdid. Aktar kmieni llum, Cyrus Engerer irtira uffiċjalment il-kandidatura tiegħu mill-elezzjoni għall-Parlament Ewropew permezz ta’ ittra li bagħat lill-Kummissjoni Elettorali.
//= $special ?>