Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Il-PN jgħid li mhux biżżejjed li Joseph Muscat jaċċetta kritika ġustifikata

Il-Partit Nazzjonalista qal li Joseph Muscat ammetta li l-kritika li saret lilu u lill-membri tal-Kabinett tiegħu dwar in-nuqqas tagħhom li jiddikjaraw l-assi tagħhom skont il-liġi, kienet kritika ġustifikata. Pero, skont il-Partit Nazzjonalista, dan mhux biżżejjed.

Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru għandu jispjega għaliex 16-il membru tal-Kabinett ma għamlux id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom fil-ħin u għandu jgħid ukoll għaliex għad hemm 4 Ministri li ma bagħtux id-dikjarazzjoni tagħhom.

“Din mhix tmexxija serja. Lanqas ma hija tmexxija trasparenti. Wegħda oħra ta’ Joseph Muscat miksura”, ittemm tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.