SKOZJA……………………0
PORTUGALL……………2
Skozja> McCrorie, Wardrop, Lang (Miller 41), Breslin, Cameron, Mcilduff (Hardie 41), Ballantye, Thomson, Nesbitt, Wighton, Wright (Boyd 67)
Portugall> Pedro Silva, Hugo Santos, Rúben Dias, Yuri Ribeiro, Francisco Ferreira, Rúben Neves, Gonçalo Rodrigues (Pedro Delgado 64), Diogo Gonçalves (Joao Carvalho), Alexandre Silva, Renato Sanches, Buta (Luis Mata 56)
Skorjaw> Renato Sanches 18, Luís Mata 78 (P)
Referee> Andreas Ekberg (ŻVE)
Żewġ żbalji tal-goalkeeper Skoċċiż McCrorie wittew it-triq għal rebħa Portugiża hekk kif dawn tal-aħħar fetħu l-impenji tagħhom fi Gurpp B tal-Kampjonati Ewropej b’rebħa ta’ 2-0. B’din ir-rebħa l-Portugall tela’ fil-quċċata tal-grupp wara li aktar kmieni matul il-ġurnata l-Iżvizzera u l-Ġermanja spiċċaw draw 1-1. Dan ifisser li jekk nhar it-Tnejn li ġej it-tim ta’ Peixe jirbaħ kontra l-Iżvizzera jgħaddi għal mal-aħħar erbgħa. Il-logħba kienet waħda bilanċjata u ta min jinnota li dawn iż-żewġ timijiet, fl-elite round kienu qalgħu biss gowl kull wieħed u l-fatt li d-difiżi kienu ferm attenti għal xulxin ma kinitx sorpriża. Fl-ewwel minuti kienu l-Portugiżi l-aktar aggressivi u l-captain Skoċċiż Jack Breslin għamel clearance minn fuq il-linja minn xutt ta’ Silva.
Kien fit-18-il minuta meta l-Portugiżi marru fil-vantaġġ. Il-playmaker bin-numru 10 Renato SANCHES evita lil Cameron Ballantye fajjar xutt minn 25 metru ‘l bogħod u sab ix-xibka iżda tajjeb wieħed jgħid li l-goalkeeper avversarju Robby McCrorie kellu tort kbir fil-gowl.
L-uniku darba li l-Iskoċċiżi ħolqu periklu kien meta Scott Wright ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur ftit barra. Hekk kif bdiet it-tieni taqsima l-Iskozja kellhom ċans ieħor permezz ta’ Thomson.
Bid-draw tal-Iskożżiċi ma jasalx, il-Portugall żiedu ieħor lejn l-aħħar minuti. Għal darba oħra l-goalkeeper McCrorie wettaq żball kbir meta mar jikklirja ballun li spiċċa f’saqajn is-sostitut Luis MATA li ma żbaljax biex skurja u issiġilla l-partita. Ta min jinnota li f’din il-logħba ma kien hemm l-ebda player li ġie imwissi mir-referee Żvediż Andreas Ekberg.


