St Edwards College inawguraw kumpless sportiv ġdid li jinkludi trekk bi 8 linji, turf sintetiku li jakkomoda żewġ tims ta’ 9 persuni u grawnds tal-basketball u tat-tennis li ġew rinovati. Il-proġett ġie inawgurat mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u ġie mbierek mill-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna, wara li nbeda x-xogħol fuqu f’Lulju 2013.
Il-proġett ta’ kumpless sportiv f’St Edward’s College ġie ffinanzjat mill-Fond tal-Lotteriji Nazzjonali għall-Kawżi Ġusti, Trustees of the Lady Strickland Trust for St Edward’s College u minn St Edward’s Parent Teacher Association.
L-għan prinċipali ta’ St Edward’s College huwa li l-istudenti li jattendu fil-Kulleġġ, jieħdu gost jitgħallmu u jipparteċipaw bis-sħiħ fl-attivitajiet li jiġu organizzati sabiex jiġu mgħejuna fl-iżvilupp personali u akkademiku tagħhom, permezz ta’ ambjent sabiħ u san.
//= $special ?>