Grupp favur id-drittijiet umani qed jgħid li l-militar Niġerjan fl-Istat ta’ Borno ‘naqas milli jieħu azzjoni’ minkejja li kien imwissi minn qabel dwar l-attakk li l-militanti tal-grupp Boko Haram wettqu fuq l-iskola lokali u fejn kienu ħatfu mal-270 tfajliet bħala ostaġġi.
Filwaqt li rnexxielhom jaħarbu xi 53 fost dawn it-tfajliet (bi ftit aktar minn mitejn jibqgħu priġunieri tal-militanti), l-Amnesty International jinsisti li ġie infurmat minn diversi sorsi kredibbli li l-militar fil-belt ta’ Maiduguri kien irċieva t-twissijiet speċifiċi almenu erba’ sigħat qabel seħħ l-attakk, fl-14 ta’ April li għadda.
//= $special ?>

