Internazzjonali

Italja: Berlusconi jibda l-ħidma fil-komunità biex ipatti għas-sentenza tal-Qorti

L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi beda jiskonta s-sentenza li fiha jrid jagħmel xogħol fil-komunità f’dar li fiha hemm pazjenti jbatu bid-dimensja. L-ewwel ġurnata ta’ dan ix-xogħol ghal Berlusconi, li għandu 77 sena, kienet illum.

Is-sentenza oriġinali kienet ta’ erba’ snin priġunerija wara li nstab ħati ta’ frodi, iżda s-sentenza nbidlet għal wahda ta’ ħidma fil-komunità.