Malta hi tant fqira li niftakar niddiskuti li l-pajjiż kellu jbiegħ iċ-ċittadinanza biex jibbilanċja l-baġit. Dan hu l-mod kif MEP Soċjalista mill-Ungerija tkellmet dwar Malta waqt waħda mill-laqgħat li qed isiru fl-attività European Youth Event, u li għaliha qed jattendu eluf ta’ żgħażagħ minn madwar l-Ewropa.
Għal din il-laqgħa partikolari kienu qed jattendu aktar minn mitt żagħżugħ fejn ġiet diskussa t-tema tal-enerġija li għaliha attendew diversi żgħażagħ Maltin li wkoll telgħu Strassburgu biex jingħaqdu fl-attivitajiet tal-European Youth Event.
Madanakollu, b’risposta għal mistoqsija dwar it-tanker tal-LNG li se jsir f’Malta, l-MEP Soċjalista qalet li Malta m’għandiex baġit ta’ barra minn hawn, u saħansitra l-pajjiż kellu jbiegħ iċ-ċittadinanza. Risposta li qanqlet daħk fost aktar minn mitt żagħżugħ preżenti għal-laqgħa.
Żgur imma mhux għaż-żgħażagħ Maltin li kienu preżenti għall-istess laqgħa li fuq il-midja soċjali esprimew is-sens ta’ mistħija li r-risposta tal-MEP Soċjalista ġabet fuqhom. Iż-żgħażagħ, fuq Facebook, saqsew jekk din hijiex ir-reputazzjoni li pajjiżna issa kiseb mal-bqija tal-Unjoni Ewropea.
Għall-European Youth Event qed jattendu mal-mitt żagħżugħ u żagħżugħa Maltin li f’dawn il-jiem se jkunu qed jipparteċipaw f’għexieren t’attivitajiet f’din l-ewwel edizzjoni tal-European Youth Event.
//= $special ?>



