Lokali

Franċiża l-isptar wara ħabta f’Buġibba

Mara ta’ nazzjonalità Franċiża u ta’ 68 sena kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba. Il-każ seħħ meta l-mara kienet passiġiera f’karozza tat-tip Peugeot 107 li ħabtet ma’ Mitsubishi L200 li kien misjuq minn raġel ta’ 47 sena.

Il-mara ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura iżda l-kundizzjoni tagħha mhix magħrufa.