Il-bdiewa huma mħassba mid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom fil-pitkalija meta jiġu biex ibiegħu l-prodotti li jipproduċu.
Dan ħareġ waqt żjara li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel fil-Farmers’ Market f’Ta’ Qali.
Hu kien akkumpanjat mid-Deputat Speaker u Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar il-Biedja u s-Sajd Ċensu Galea kif ukoll minn Ray Bugeja, Helga Ellul, Jonathan Shaw, u Francis Zammit Dimech – erbgħa mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-24 ta’ Mejju.
Din il-laqgħa serviet ta’ opportunità għall-bdiewa u r-raħħala biex iwasslu l-messaġġ tagħhom lill-uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Huma ltaqgħu u tkellmu wkoll ma’ numru ta’ familji li qattgħu l-għodwa tas-Sibt jixtru l-prodotti friski direttament mill-bdiewa u r-raħħala lokali.
Fost oħrajn huma tkellmu dwar il-biża’ li jogħlew il-prezzijiet tal-prodotti għaliex dan jaffettwa l-bejgħ, anke’ jekk il-frott, il-ħaxix u l-laħam huma prodotti bażiċi fid-dieta’ Maltija.
//= $special ?>