Il-klabbs tal-Premier League ħallsu lill-plejers u l-istaff tagħhom rekord ta’ £1.8 biljuni fl-istaġun 2012-13, żieda ta’ 11% fuq l-istaġun ta’ qabel.
Plejers li għandhom salarju multi miljunarju reġgħu kienu r-rebbieħa finazjarji tal-futbol f’sena meta l-klabbs għamlu rekord ta’ dħul kombinat ta’ £2.7 biljuni u madankollu kellhom telf overall ta’ £291 miljuni.
12 mill-20 klabbs għamlu telf fl-2012-13, b’ħames klabbs jitilfu £50 miljuni jew aktar. Dawn kienu Aston Villa, Chelsea, Liverpool, Manchester City u Queens Park Rangers.
Il-figuri huma għall-aħħar sena ta’ ftehim tat-televiżjoni tal-Premier League 2010-13, li jiswa £3.5 biljuni, qabel ma kien hemm żieda massiċċa fil-ftehim preżenti ta’ £5.5 biljuni mill-2013 sal-2016.
Qed jingħad li minkejja li l-UEFA u l-klabbs tal-Premier League infushom introduċew ir-regolamenti tal-fair play finanzjarju, biex jiskoraġġixxu l-inflazzjoni tas-salarji, ħafna klabbs qed jitħabtu biex ma jonfqux fuq plejers meta jikkompetu kontra xulxin fil-pitch, bit-tama li jiksbu suċċess jew jevitaw ir-relegation.
Il-proporzjon tas-somma li l-klabbs nefqu f’salarji fl-2012-13, kienet l-istess għall-istaġun 2011-12, 67%, il-fuq mill-50-60% massimu li hu komunament rakkomandat bħala sensibbli.
Minħabba li l-klabbs daħħlu aktar flus overall, prinċipalment minn żieda ta’ sponsorship mill-klabbs il-kbar, dan fisser żieda fit-total ta’ salarji mħallsa.
Il-klabbs ma jagħmlux differenza fil-kontijiet tagħhom bejn salarji lill-plejers u lill-istaff imma fil-maġġoranza kbira huma l-plejers li jitħallsu salarji enormi.
//= $special ?>

