Lokali

Jinqabdu jiddaħħlu 450,000 sigarett bil-kutrabandu

Madwar 450,000 sigarett inqabdu mill-Pulizija jiddaħħlu f’Malta b’mod illegali bil-kutrabandu. Illum wara nofsinhar, il-Pulizija mill-Economic Crime Unit u mill-Administrative Law Enforcement Unit interċettaw cabin cruiser li kien daħal fil-Port il-Kbir fejn sabu ammont konsiderevoli ta’ sigaretti b’dazju mhux imħallas u żewġ pistoli.

Jidher li l-Pulizija arrestat żewġt irġiel Maltin, li kienu abbord il-cabin cruiser, minn fejn ittieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex ikomplu jsiru l-investigazzjonijiet. Diversi esperti ġew appuntati biex jassistu f’inkjestà maġisterjali.