Mara ta’ 49 sena sofriet ġrieħi gravi meta sfat imtajra minn vettura fi Triq il-Labour, Ħaż-Żabbar. Il-każ seħħ fl-10.00pm tal-Ġimgħa.
Il-vettura li tajjret lill-mara ma waqfitx u baqgħet issuq iżda aktar tard, il-Pulizija identifikaw il-vettura u min kien qed isuq il-vettura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>