Formula 1 Sport

Pole oħra għal Hamilton

Lewis Hamilton kiseb ir-raba’ pole tal-istaġun meta b’wirja oħra brillanti kiseb l-aħjar ħin għall-Grand prix ta’ Spanja li se jsir illum fiċ-ċirkwit tal-Katalunya. Kienet wirja oħra dominant għal Mercedes fejn wara Lewis Hamilton spiċċa Nico Rosberg leader tal-klassifika fuq it-tieni Mercedes.

Għall-erba’ darbiet champion tad-dinja Sebastien Vettel ikompli l-mument negative fejn se jibda biss mill-għaxar pożizzjoni wara li karozza Red Bull waqfet waqt l-aħħar provi. Hamilton kiseb ħin ta’ minuta u 25.232 biex kiseb il-35 pole fil-karriera tiegħu.

Nico Rosberg kiseb it-tieni l-aħjar ħin u llum hi mistennija battalja oħra bejn iż-żewġ sewwieqa t’ Mercedes. Ir-Red Bull ta’ Vettel li l-ġimgħa kellha problemi fejn kelha tieqaf, kompliet ma rkupratx fejn għal darb’oħra l-karozza Red Bull waqfet fl-aħar sessjoni ta’ provi, biex iċ-champion tad-dinja se jkollu jibda mill-għaxar post.

Ir-Red Bull l-oħra misjuqa minn Daniel Ricciardo ma keliex problem u kisbet it-tielet l-aħjar ħin, quddiem il-Williams ta’ Valtteri Bottas u l-Lotus ta’ Romain Grosjaen.

Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Fernando Alonso fuq Ferrari ma tantx mar tajjeb quddiem il-pubbliku tiegħu u se jkollu jibda mis-seba’ post, wara l-Ferrari l-oħra misjuqa minn Kimi Raikkonen.

Fi 23 tellieqa fuq dan iċ-ċirkwit, 15-il darba minnhom, min rebaħ il-pole rebaħ ukoll il-Grand prix, u b’hekk Hamilton u Rosberg li s’issa ddominaw dan l-istaġun mistennija li jkomplu b’dan id-dominju tagħhom.

Għal kuntrarju il-problemi ta’ Red Bul jidher li ma jistgħux jieqfu hekk kif Sebastien Vettel instema jgħid lill-mekkaniċI fuq ir-radju li hu m’għandux saħħa fil-karozza u eventwalment waqaf u kelu jidħol bilmod fil-pit lane.