IL-LITWANJA– Il-poplu ta’ dan il-pajjiż Baltiku, lbieraħ, ivvota fl-elezzjoni għall-Presidenza, u meta l-President, Dalia Grybauskaite, hi l-favorita kbira li tirbaħ tieni mandat ta’ poter. Intant, hi qed tittama li tikseb aktar minn ħamsin fil-mija tal-vot biex, ‘il quddiem, tevita tieni votazzjoni diretta ma’ xi wieħed mir-rivali.
Għalkemm ma daħlux riżultati sal-ħin li morna għall-istampa, kollox kien qed jindika li Grybauskaite kellha vantaġġ kbir fuq l-eqreb rivali, li huma d-deputat parlamentari, Arturas Paulauskas u Zigmantas Balcytis< membru tal-Parlament Ewropew.
L-elezzjoni saret fost it-tħassib dwar is-sigurta fir-reġjun u ladarba r-Russja għaqqdet il-penisola tal-Krimea ( li ftit tal-ġimgħat ilu kienet tifforma parti mill-Ukrajna) ma’ artha. Fil-fatt, il-President tal-Litwanja sostniet, fl-aħħar jiem, li r-Russja ‘qed tipprova tfassal mill-ġdid il-mappa u l-fruntieri li ilhom stabbiliti minn wara t-Tieni Gwerra”.
//= $special ?>

