FORMULA 1
[headlines headline=”h3″ ]Tkompli l-isfida bejn Hamilton u Rosberg [/headlines]Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton kiseb l-ewwel rebħa tiegħu fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja fi Spanja u r-raba’ waħda konsekuttiva dan l-istaġun biex b’hekk issa tela’ jokkupa l-ewwel post fil-klassifika tas-sewwieqa b’vantaġġ ta’ tliet punti fuq sieħbu Nico Rosberg tal-Mercedes. Dan tal-aħħar spiċċa fit-tieni post fi Spanja u dan ir-riżultat qed ikompli jikkonferma l-qawwa tat-tim. Wieħed assista għal sfida mill-aqwa bejn dawn iż-żewġ sewwieqa li kienu mifruda biss minn 0.6 ta’ sekondi.
Il-koppja tar-Red Bull Daniel Ricciardo u Sebastian Vettel spiċċaw fir-raba’ u fil-ħames post rispettivament filwaqt li Valtteri Bottas tal-Williams spiċċa l-ħames quddiem Fernando Alonso tal-Ferrari li spiċċa fis-sitt post fil-Grand Prix ta’ pajjiżu. Sieħeb Alonso, Kimi Raikkonen, ukoll fuq Ferrari, spiċċa fis-seba’ post.
Biex wieħed jenfasizza l-wirja mill-aqwa li kellu Hamilton dan spiċċa 48 sekonda quddiem Ricciardo li daħal it-tielet. Għal Ricciardo din kienet it-tielet darba dan l-istaġun li spiċċa quddiem sieħbu ċ-champion rejnanti Vettel li għadu qed ifittex l-ewwel rebħa, rebħa li tidher diffiċli li se tasal minħabba d-dominju tal-Mercedes. Madankollu l-wirja ta’ Vettel kienet waħda tajba meta wieħed iqis li dan beda l-ġurnata mill-15-il post. Qabel ir-rebħa li kiseb il-bieraħ, Hamilton kien rebaħ fil-Malasja, fil-Bahrain u fiċ-Ċina. Din kienet is-26 rebħa fil-karriera tas-sewwieq Ingliż u rebħa li biha sar it-tielet l-aktar sewwieq Ingliż li qatt rebaħ Grand Prix hekk kif qabeż lil Jim Clark.
Żewġ sewwieqa li naqqsu milli jwettqu reazzjoni wara r-riżultati negattivi li kisbu dan l-aħħar huma l-koppja tal-McLaren Jenson Button u Kevin Magnussen. Button u Magnussen spiċċaw fil-11 u fit-12-il post rispettivament fi Spanja. Il-Grand Prix li jmiss issa hu dak ta’ Monaco fil-25 ta’ Mejju.
Kif Spiċċaw
1. L Hamilton – Mercedes
2. N Rosberg – Mercedes
3. D Ricciardo – Red Bull
4. S Vettel – Red Bull
5. V Bottas – Williams
6. F Alonso – Ferrari
7. K Raikkonen – Ferrari
8. R Grosjean – Lotus
9 . S Perez – Force India
10 . N Hulkenberg – Force India
Kif Jinsabu
Klassifika tas-sewwieqa
1. Hamilton – Mercedes – 100
2. Rosberg – Mercedes – 97
3. Alonso – Ferrari – 49
4. Vettel – Red Bull – 45
5. Ricciardo – Red Bull – 39
6. Hulkenberg – Force India – 37
7. Bottas – Williams – 34
8. Button – McLaren – 23
9. Magnussen – McLaren – 20
10. Perez – Force India – 20
Klassifika tal-Kostrutturi
1. Mercedes -197
2. Red Bull – 84
3. Ferrari – 66
4. Force India – 57
5. Williams – 46
6. McLaren – 43
7. Toro Rosso – 8
8. Lotus – 4