IĊ-ĊINA – Għexieren ta’ nies – inklużi l-pulizija — weġġgħu waqt inċidenti fl-inħawi ta’ Hangzhou, fil-provinċja ta’ Zhejiang, u wara li nqalgħu il-protesti ħorox dwar il-pjani tal-awtoritajiet lokali rigward il-bini ta’ inċineratur tal-iskart ġo din il-belt.
Iċ-ċittadini taċ-Ċina qed isiru dejjem aktar konxji dwar l-effetti tat-tniġġiż tal-ambjent għas-saħħa, u meta numru ta’ bliet kbar (Ċiniżi), illum, huma koperti bid-dħaħen bħala ‘l-prodott naturali’ tal-iżvilupp ekonomiku u l-ispinta lejn l-industrijalizzazzjoni.
Intant, il-vjolenza ta’ tmiem il-ġimgħa żbruffat fid-distrett ta’ Yuhang li għandu jservi bħala s-sit għall-inċineratur, u fejn id-dimostranti taw in-nar lill-karozzi tal-pulizija.
Fiċ-Ċina jsiru l-eluf tal-protesti fis-sena, bin-nies isemmgħu leħinhom kontra t-tniġġiż tal-ambjent, il-korruzzjoni u l-ħtif tal-artijiet. Sadanittant, il-Gvern lokali ta’ Hangzhou, issa, qed jgħid li m’għandux isir aktar xogħol fuq l-inċineratur qabel jikkonkludi l-konsultazzjonijiet mal-pubbliku dwar l-iskema.
//= $special ?>

