Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: Jitkellem fuq il-biskuttini minflok fuq is-sentenza tal-Qorti fil-konfront ta’ Cyrus Engerer

Jumejn wara t-tgħanniqa fl-Imqabba bejn Joseph Muscat u Cyrus Engerer, u l-għada li l-Partit Nazzjonalista talab għat-tneħħija ta’ Engerer mill-karigi li għandu mal-Gvern, il-Prim Ministru Joseph Muscat injora għal kollox dawn it-talbiet.

Minflok, waqt l-attivita’ politika tal-Partit Laburista l-Mosta l-Ħadd filgħodu, Muscat għażel li jitkellem dwar il-biskuttini li l-Partit Laburista ta lill-uffiċjali u kandidati tal-Partit Nazzjonalista s-Sibt filgħodu wara konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Muscat għażel li jitkellem dwar il-biskuttini fid-dawl tal-kritika li qed issir kontrih wara li minflok ikkundanna lil Engerer, għanqu, ddefendieh u ħeġġu jkomplu jimmilita’ fil-Partit Laburista.

Dan minkejja li aktar kmieni din il-ġimgħa, Engerer instab ħati mill-Qorti tal-Appell Kriminali li xerred ritratti pornografiċi tal-eks partner tiegħu ma’ persuni oħrajn biex ipattihielu talli telqu u javvelih ma’ sħabu anke ma’ min iħaddmu. Ta’ dan, Cyrus Engerer ingħata sentenza sospiża ta’ sentejn ħabs.