Kannoli, sinizzi, qassatelli, torti, żeppoli ta’ San Ġużepp, pastizzi, ravjul u saħansitra ġelat tal-irkotta huma wħud mill-prodotti magħmulin minn dan il-prodott bnin u li nbiegħu waqt l-attivita’ Irkottafest organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop.
Il-pubbliku kkonkorra għal din l-attivita’ fejn minbarra li daq xi prodotti mill-irkotta, ħa pjaċir bi programm ta’ divertiment.
Kienu organizzati wkoll żjarat f’razzett tal-baqar f’Ħal Għaxaq fejn il-pubbliku ngħata spjegazzjoni dettaljata dwar il-proċess kollu ta’ kif il-ħalib, mill-baqra, jasal għand il-konsumatur.
Ma naqsux numru ta’ stands fejn diversi persuni wrew ix-xogħol tal-artiġjanat tagħhom.
Iż-żewġ każini tal-banda ta’ Ħal Kirkop ukoll ipparteċipaw u ppreżentaw ħafna ikel tradizzjonali Malti.
//= $special ?>