Illum Jum l-Omm, jum li fih niċċelebraw dik il-persuna li welditna u rabbietna b’għożża u mħabba. It-tifkira ta’ Jum l-Omm tiċċelebra mhux biss ir-rwol maternali tal-omm fil-familja iżda wkoll il-kontribut kbir li l-ommijiet jagħtu bis-sehem tagħhom fis-soċjeta’.
L-ewwel darba li Jum l-Omm kien iċċelebrat f’pajjiżna, kien fis-sena 1961, proprju waqt programm radjufoniku tat-tfal, immexxi minn Frans Said, li mbagħad wassal biex sena wara sena din it-tradizzjoni bdiet titfakkar kull sena f’Malta wkoll.
Nisperaw li l-omm napprezzawha mhux biss illum imma matul is-sena kollha.
//= $special ?>