Mara ta’ 21 fortunatament ma tinsabx f’kundizzjoni serja wara li l-Ħadd waranofsinhar waqgħet f’Għajn Tuffieħa, fl-inħawi msejjħa ‘Tat-Taraġ’.
MaltaRightNow.com tinsab infurmata li l-mara, li hija turista, ġarrbet ksur f’saqajha, u għalkemm il-kundizzjoni tagħha m’hijiex waħda gravi, xorta kellu jissejjaħ il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta għall-assistenza.
Fuq il-post fl-istess inħawi marret ambulanza li mbgħad ħadet lill-mara l-isptar għal aktar kura.
//= $special ?>

