Jake Brimmer, żagħżugħ ta’ 16-il sena minn Melbourne wettaq il-ħolma ta’ ħajtu meta ftit tal-jiem ilu ffirma kuntratt professjonali ta’ tliet snin ma’ Liverpool FC wara li mpressjona waqt tour li għamlu Liverpool fl-Awstralja.
Imma nteressanti l-fatt li Brimmer għandu missieru Malti. Dan kien ta’ vantaġġ għalih għax bil-passaport tal-Unjoni Ewropea seta’ jħalli l-Awstralja qabel għalaq it-18-il sena biex jilgħab ma’ tim barrani.
Din l-istorja tħabbret fuq il-paġna tal-Facebook tal-programm sportiv ta’ NET Television ‘Replay’.
//= $special ?>