Lokali Saħħa

Aktar minn €21,000 b’risq Puttinu Cares miġbura waqt edizzjoni speċjali ta’ Sibt Familja

Sibt Familja, il-programm televiżiv li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq NET Television, ġabar is-somma ta’ aktar minn €21,000 b’risq Puttinu Cares. Is-somma nġabret waqt edizzjoni speċjali tal-programm, li nżammet is-Sibt li għadda.

Fil-programm, ippreżentat minn Ray Attard u Debbie Scerri, taw sehemhom bosta personalitajiet popolari, fosthom Peppi Azzopardi, Victor Calvagna, Stellina, Kurt Calleja u Janvil. Fil-programm ixxandru wkoll numru ta’ stejjer, kif ukoll intervisti ta’ persuni li bbenefikaw minn Puttinu Cares.

Bħal kull ġimgħa, ma naqsux ukoll logħob mal-personalitajiet, kif ukoll varjeta`, li għenu biex jinġabru aktar flus b’risq din il-kawża ġusta.