Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Alleanza Bidla tikkritika lil Schulz dwar federaliżmu

Alleanza Bidla kkritikat lill-President tal-Parlament Ewropew u kandidat Soċjalista għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea Martin Schultz għall-elementi federalisti tiegħu. Sostniet li l-proposti ta’ Schulz dwar l-immigrazzjoni ma joffru xejn ġdid, iżda huma biss affarijiet li diġà ntqalu.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Birgu, quddiem il-monument li jfakkar it-tmiem tal-bażi Ingliża f’Malta, il-kandidati ta’ Alleanza Bidla għall-elezzjoni tal-Parlamnet Ewropew Ivan Grech Mintoff u Anthony Calleja kkritikaw il-mod kif qed tiżviluppa l-Unjoni Ewropea u sostnew li huma qed jikkontestaw għall-Parlament Ewropew propju biex ibiddlu din l-UE.

Ivan Grech Mintoff qal li l-UE se tibqa’ tinjora l-immigrazzjoni rregolari u mhux se jittieħdu passi konkreti. Iż-żewġ kandidati ta’ Allenza Bidla kkritikaw ukoll lil Jean Claude Junker u sostnew li bl-UE, Malta daħlet fil-ħajt.

Skont iż-żewġ kandidati ta’ Alleanza Bidla, id-diskors dwar suldati tal-azzar ma jfisser xejn u bis-sħubija fl-UE, Malta qed titlef is-sovranità tagħha.