Internazzjonali

Dgħajsa b’mijiet ta’ immigranti tinqaleb ‘il barra mill-kosta Libjana

Mill-inqas 14-il immigrant tilfu ħajjithom f’inċident li seħħ iktar kmieni llum, hekk kif dgħajsa b’madwar 400 immigrant abbord inqalbet madwar 40 mil ‘il barra mill-kosta Libjana u 36 mil nawtiku ‘l barra miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ pajjiżna.

Rapporti f’siti tal-aħbarijiet fl-Italja qalu li madwar 200 persuna ġew salvati, għalkemm il-kumplament għadhom mitlufa fil-baħar, hekk kif membri tal-Guardia Costiera bħalissa għaddejjin bil-ħidma tagħhom biex isalvaw lil dawk kollha nvoluti.

Minħabba din it-traġedja, il-gvern Taljan qed jerġa’ jitlob diskussjoni bejn il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ħidma favur l-immigranti.