Internazzjonali

Filmat: Grupp militanti Iżlamiku juri uħud mit-tfajliet maħtufa fin-Niġerja

Il-grupp militanti Iżlamiku Boko Haram kmieni dalgħodu xandar filmati ta’ uħud mill-200 tifla li nħatfu kważi xahar ilu mit-tramuntana tan-Nigerja.

Il-mexxej tal-grupp Abubakar Shekau qal li t-tfajliet ikkonvertew għall-Iżlam, bil-filmati juru t-tfajliet jitolbu mill-Koran. Hu qal t-tfajliet se jinżammu ostaġġi sakemm il-militanti kollha li jinsabu l-ħabs jiġu meħlusa. Il-filmati juru t-tfajliet lebsin il-hijab.

Sa ftit ilu, Boko Haram kien qed jhedded li jbiegħ lit-tfajliet, iżda dan l-aħħar filmat u t-talba ta’ skambju ma’ priġunieri tagħti tama li l-grupp hu lest jinnegozja.