Hekk kif l-elezzjonijiet għal membri tal-Parlament Ewropew kull ma jmur, iktar qed joqorbu, il-KNŻ (Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ) ħejja ktejjeb li jagħti informazzjoni dwar kull kandidat li qed joffri li jirrapreżenta lil pajjiżna fuq livell Ewropew. Il-ktejjeb “Meet the Candidates” joffri wkoll titwila lejn il-mod kif dawn l-istess kandidati jħarsu lejn diversi sfidi li jolqtu ż-żgħażagħ ta’ pajjiżna, kif ukoll ħarsa lejn l-istruttura tal-Unjoni Ewropea, il-funzjoni tagħha u dettalji dwar il-gruppi politiċi fi ħdanha.
Wieħed jista’ jikseb kopji b’xejn tal-ktejjeb mill-ħwienet tal-Agenda Bookshop, jew innkella mill-uffiċji tal-KNŻ.
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntatja lil KNŻ fuq pro@knz.org.mt jew inkella secretarygeneral@knz.org.mt.
//= $special ?>