Fil-kaz ta’ Cyrus Engerer, Joseph Muscat għażel ħażin. U l-Prim Ministru qed jagħti eżempju ħażin. Mhux hekk biss. Dak kollu li ħareġ mis-sentenza tal-Qorti juri b’mod ċar illi Engerer m’għadux f’pożizzjoni li jżomm il-karigi li tah il-Prim Ministru.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta kien intervistat fiż-Żurrieq mill-ġurnalist tat-Times Keith Micallef.
Kienu diversi it-temi li tqajjmu matul din l-intervista: dwar il-kaċċa, Simon Busuttil fakkar li l-PN dejjem kellu pożizzjoni ċara favur staġun kontrollat. Fakkr ukoll kemm hu xokkanti dak li qed jerġa# joħroġ fil-midja dwar l-iskandlu tat-tqassim tal-mediċini, b’Simon Busuttil itenni illi mhux aċċettabbli li tibqa’ ssir diskriminazzjoni fis-settur tas-saħħa.
Hawnhekk Simon Busuttil fakkar ukoll fil-proposta tal-PN biex b’mod konkret jitnaqqsu il-“waiting lists” fl-isptar.
Lejn tmiem l-intervista, il-Kap tal-PN tkellem dwar il-kuntratt tal-power station il-ġdid, li se tiġi tiswa €400 miljun, liema kuntratt sensittiv għadu qed jinżamm mistur mill-gvern ta’ Muscat.
//= $special ?>

