F’Marzu 2014, l-iżbilanċ fil-kummerċ internazzjonali ta’ Malta, jiġifieri d-differenza bejn dak li nimpurtaw u dak li nesportaw, żdiedet għal aktar minn €122 miljun meta mqabbel ma’ Marzu 2013. Dan wera żieda fl-iżbilanċ €46 miljun.
Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li dan seħħ minħabba li f’dan il-perjodu, li jinzerta kważi l-ewwel sena sħiħa tal-Gvern Laburista, naqsu kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni. Filwaqt li l-importazzjoni f’Malta naqset b’€14 miljun, l-esportazzjoni naqset b’€60 miljun.
Iċ-ċifri tal-NSO jagħtu wkoll ħarsa lejn l-ewwel tliet xhur tal-2014. Anke f’dik l-ewwel kwart tal-2014, l-iżbilanċ kummerċjali ta’ pajjiżna kompla jikber, biex issa jinsab fil-livell ta’ €348 miljun. Iż-żieda fuq l-ewwel kwart tal-2013 hi ta’ €63 miljun.
Anke f’dan il-każ, naqsu sew l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Fl-ewwel każ it-tnaqqis kien ta’ €12.5 miljun, filwaqt li fil-każ tal-esportazzjoni din naqset b’€76 miljun.
//= $special ?>