Futbol Sport

Diego Costa u Torres ma’ Spanja

L-attakkanti Diego Costa u Fernando Torres intgħażlu fl-iskwadra proviżorja ta’ 30 plejer ta’ Spanja għat-Tazza tad-Dinja.

Costa ta’ Atletico Madrid, li twieled u trabba fil-Brażil, lagħab f’żewġ partiti ta’ ħbiberija u ġie naturalizzat Spanjol is-sena l-oħra.

Torres ukoll ġie inkluż minkejja li lagħab biss 16-il partita fil-Premier u skorja ħames gowls ma’ Chelsea.

11 mill-plejers huma ta’ Barcelona u Real Madrid kif ukoll tmienja jilagħbu fil-Premier League. Nieqes hemm il-gowlkiper ta’ Barcelona Victor Valdes li hu mweġġa’.

Vicente del Bosque se jkun qed iħabbar l-iskwadra finali ta’ 23 fil-25 tax-xahar. Spanja se tilgħab fi Grupp B kontra l-Olanda, ċ-Ċile u l-Awstralja.