Saħħa

Għada, sessjoni ta’ għoti tad-demm mill-qwiebel u l-infermiera għall-Jum iddedikat lilhom

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Qwiebel u l-Jum Dinji tal-Infermiera, għada se tiġi organizzata sessjoni ta’ għoti tad-demm fid-daħla għas-swali l-Kannella fl-Isptar Mater Dei. Din is-sessjoni se ssir bejn is-2pm u 7pm.

Is-sessjoni qed tiġi organizzata speċifikament bil-għan li l-qwiebel u l-inermiera juru l-qalb kbira tagħhom, mhux biss bid-dedikazzjoni fix-xogħol mal-pazjenti, iżda billi jagħtu d-demm u jkunu eżempju ħaj ta’ solidarjetà, kif ukoll jgħinu fil-fejqan ta’ tant pazjenti rikoverati fl-Isptar f’kull jum tas-sena.