Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali Saħħa

Għal sturdament, pazjenti qed ikollhom jistennew bejn 16 u 18-il xahar

Għal sempliċiment sturdament, pazjenti qed ikollhom jistennew bejn sittax u tmintax-il xahar biex jaraw speċjalista f’Mater Dei, u din żgur li m’hijiex sitwazzjoni tajba.

Kliem l-ispeċjalista tas-saħħa Alec Lapira, waqt laqgħa politika f’Birkirkara bit-tema ‘Saħħa Aħjar’ fejn qal li sitwazzjonijiet bħal dawn ma joffrux serħan il-moħħ għall-pazjenti tagħna.

Alec Lapira faħħar ukoll l-inizjattiva tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li tressaq mozzjoni biex pazjenti jingħataw l-għażla li jirċievu trattament fil-privat f’Malta wara żmien ta’ stennija, bi spejjeż għall-Gvern.

L-ispeċjalista tas-saħħa faħħar ukoll id-deċiżjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li jappunta persuna li m’hijiex tabib bħala Shadow Minister għas-Saħħa – xi ħaġa li ħalliet il-frott u li anke’ l-Prim Ministru Muscat għażel li jikkopja.

KAMPANJA ELETTORANI EU _13.05.14_074.JPEG

Ċertifikat ieħor għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista ngħata mill-Viċi President tal-Malta Diabetes Association u Viċi President tal-International Diabetes Federation Chris Delicata, li qal li l-proposta tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li jitwaqqaf grupp informali fil-Parlament Malti biex jiddiskuti d-dijabete juri l-impenn tiegħu lejn il-pazjenti li jbatu minn din il-kundizzjoni.

Chris Delicata fisser li x-xogħol ta’ Simon Busuttil fil-Parlament Ewropew f’dan il-qasam, issa b’mod tanġibbli qed iwettqu wkoll f’Malta.

Fl-2012, Simon Busuttil kien rebaħ il-premju Ewroparlamentari tas-Sena għas-saħħa għall-ħidma tiegħu fil-qasam tad-dijabete.