Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret li, fejn ser issir il-votazzjoni bikrija f’San Vinċenz de Paule nhar is-17 ta’ Mejju, fl-isptar Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex nhar it-22 ta’ Mejju, dawk il-qraba tal-votanti li applikaw għal permess speċjali sabiex jidħlu fir-Residenza jew Sptar fil-jum tal-votazzjoni biex jgħinu lill-qraba tagħhom jaslu mill-Ward tagħhom saz-zona tal-votazzjoni, għandhom mit-Tlieta 13 ta’ Mejju jiġbru l-identification tag tagħhom mill-Uffiċċju Elettorali, Evans Building, Misraħ Sant’Jiermu, Valletta. Il-ħinijiet huma mis-2.00 pm sas-7.00 pm.
Il-Kummissjoni Elettorali qalet ukoll li fil-jiem rispettivi tal-votazzjoni, f’San Vinċenz de Paule, fl-isptar Monte Karmeli u fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, ikunu jistgħu jidħlu biss nies awtorizzati u li jkollhom l-identification tag maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali.
Fl-isptarijiet Mater Dei u Karen Grech, fejn ma hemmx residenti reġistrati bħala votanti, l-identification tag mhix meħtieġa.
//= $special ?>