L-eks Prim Ministru tal-Iżrael Ehud Olmert kien kundannat sitt snin ħabs fuq tixħim u korruzzjoni. Olmert, li jekk jispiċċa verament f’ċella jkun l-ewwel eks Kap tal-Gvern Iżraeljan li weħel il-ħabs, iddikjara mill-ewwel li se jappella mis-sentenza quddiem il-Qorti Suprema. Hu talab li jingħata l-libertà proviżorja sakemm jiġi deċiż l-appell.
L-Imħallef sab lil Olmert ħati ta’ żewġ akkużi ta’ tixhim. Fl-ewwel każ, hu nstab ħati li aċċetta somma flus mingħand l-iżviluppaturi ta’ kumpless ta’ appartamenti lussużi, filwaqt li fit-tieni każ li ħa flus biex jinħarġu permessi għal proġett ieħor kbir ta’ kostruzzjoni.
Olmert serva bħala Prim Ministru tal-Iżrael bejn l-2006 u l-2009 sakemm irriżenja minħabba dawn l-akkużi ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>

