Internazzjonali

Jinħeles l-Ambaxxatur tal-Ġordan li kien miżmum ostaġġ

L-Ambaxxatur tal-Ġordan għal-Libja, Fawaz al-Itan, reġa’ lura pajjiżu wara li nħeles qawwi u sħiħ mill-aggressuri armati li kienu ħatfuh fi Tripli. Al-Itan kien spiċċa aggredit fil-15 ta’ April li għadda, meta grupp ta’ nies armati fetħu n-nar fuq il-karozza tiegħu u fejn darbu lix-xufier.

L-aggressuri, mbagħad, insistew li jinħeles militanti Iżlamiku Libjan bi skambju mal-Ambaxxatur tal-Ġordan u s’issa għad mhux ċar jekk seħħitx xi forma ta’ arranġament bejnhom u l-awtoritajiet Libjani. Lanqas il-Ġordan ma ħareġ dettalji speċifiċi, fost ir-rapporti konfliġġenti (attwali) dwar x’wassal għall-ħelsien tal-ambaxxatur.

Il-Libja qed tgħix ġranet ta’ instabbilta kbira, u meta, fl-aħħar xhur, inħatfu numru ta’ diplomatiċi barranin mill-gruppi tal-milizzji armati. Dan meta l-Gvern Libjan mhux jirnexxilu jrażżan dawn il-gruppi u l-membri tat-tribujiet li, fl-2011, għenu jwaqqgħu ir-reġim tal-eks-dittatur Libjan, Muammar Gaddafi.

Intant, il-ħtif tal-ostaġġi fil-Libja ma jidhirx li għandu l-limiti u meta l-membri ewlenin tal-Gvern u qrabatom ukoll spiċċaw bħala mira.