Il-Ministru Ġermaniż għall-Affarijiet Barranin, Frank-Walter Steinmeier, qal li l-vot għall-Presidenza tal-Ukrajna li għandu jsir fil-25 ta’ Mejju se jkun ‘kruċjali’ għall-isforzi tal-pajjiż biex joħroġ mill-kriżi attwali. Steinmeier qal dan waqt li kien għaddej bi żjara fil-belt ta’ Kiev u fost l-aħħar tentattivi lejn soluzzjoni diplomatika għas-sitwazzjoni tal-Ukrajna.
Intant, it-tensjoni għadha għolja wara li l-attivisti fl-artijiet Ukreni tal-Lvant iddikjaraw ‘Stat separat’ u skont il-pjan biex huma, ‘l quddiem, jinqatgħu mill-kumplament tal-Ukrajna u jissieħbu ma’ Moska. Il-kriżi rrankat ukoll wara li saru r-referenda ‘għall-awtonomija’ ta’ nhar il-Ħadd fir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk< bil-Gvern tal-Ukrajna, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea jfissru l-eżerċizzji bħala illegali.
Il-Ministru Steinmeier, kellu laqgħat, fi Kiev, mal-Prim Ministru Ukren attwali, Arseniy Yatsenyuk u l-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin, Andriy Deshchytsya. Hu esprima tama li l-Ukrajna ‘tikseb lura t-territorji li okkupaw l-elementi separatisti’ u li l-pajjiż jirnexxilu jikkontrolla lill-gruppi tal-militanti f’artu. Hu awgura wkoll li l-Ukrajna teżerċita mill-ġdid l-awtorita fuq ir-reġjuni separatisti u skont il-kriterji xierqa.
//= $special ?>

