Il-proġett li se jsir fit-toroq fl-inħawi taċ-Ċimiterju tal-Addolorata qed isir biex minnu tibbenefika l-Ewropa kollha u mhux is-Super One.
Dan sostnih il-Ministru Joe Mizzi meta kien mistoqsi fhix wasal il-pjan tal-proġett tat-toroq fl-inħawi taċ-Ċimiterju tal-Addolorata. Hu qal li ċ-Chairman tat-10Ts, (proġett marbut mat-toroq b’finanzjament mill-UE) faħħar il-pjanti tal-proġett u sostna li fih hemm l-aspetti kollha li tistenna li jsiru l-UE. Il-Ministru Mizzi qal li ċ-Chairman wiegħed l-appoġġ kollu tiegħu. Hu akkuża lill-Oppożizzjoni li taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista, il-problema tat-traffiku kienet solvuta biss bir-round-abouts, sistema li żiedet il-problemi flok naqqsithom.
Il-Ministru Mizzi baqa’ ma weġibx mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina jekk jafx li taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista saru diversi proġetti oħra ta’ junctions bħalma hu l-proġett tat-tunnels ta’ ħdejn l-universita’ u ta’ Santa Venera.
Joe Mizzi ħarab milli jwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar kemm se jdum biex titlesta biċċa triq ta’ 100 metru fil-Manikata li ilha biex issir 16-il xahar. Il-Ministru Mizzi qal li issa jara xi proġetti kienu mwegħda mill-amministrazzjoni Nazzjonalista u ma sarux u jara l-affarijiet kif inuma.
//= $special ?>