Internazzjonali

Spanja: Maqtula l-Kap tal-Gvern Provinċjali ta’ Leon

Fil-belt ta’ Leon, fit-tramuntana ta’ Spanja, inqatlet il-Kap tal-Gvern Provinċjali Isabel Carrasco (ritratt), li kienet politiku ewlieni tal-Partit Popolari, li jinsab fil-Gvern fi Spanja. Carrasco, li kellha 59 sena, inqatlet fil-beraħ b’tiri ta’ arma tan-nar, hi u sejra għal laqgħa ftit ‘il bogħod mid-dar tagħha.

B’rabta mal-qtil, il-Pulizija Spanjola arrestaw mara u bintha, li jingħad li huma l-mara u t-tifla ta’ wieħed mill-kapijiet tal-Pulizija lokali. Jidher li t-tifla kienet taħdem mal-Kunsill Provinċjali, iżda dan l-aħħar tkeċċiet mill-impjieg tagħha.

B’sinjal ta’ rispett, il-partiti politiċi Spanjoli ssospendew b’mod temporanju l-kampanji elettorali tagħhom għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.