Futbol Sport

Suares u Pulis jirbħu l-unuri

L-attakkant ta’ Liverpool Luis Suarez ingħażel bħala l-Plejer tas-Sena tal-Barclays League waqt li l-manager ta’ Crytstal Palace Tony Pulis rebaħ l-unur ta’ manager tas-sena.

Suarez li skorja 31 gowl fi 33 logħba tal-kampjonat biex għen lir-Reds jispiċċaw it-tieni, rebaħ ukoll l-unur tal-aqwa skorer.

Pulis li għandu 56 sena ħa t-tmexxija ta’ Palace f’Novembru u għen lill-klabb jitla’ mid-19 għall-11-il post.

“Il-klabb għandu ċans kbir li javvanza. Spiċċajna s-sitta fiċ-Championship l-istaġun li għadda u l-11 fil-Premier din is-sena. Din hi qabża ta’ 15-il post,” qal Pulis.

Suarez rebaħ ukoll l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Għaqda Kittieba Sports f’Mejju meta spċċa quddiem sieħbu Steven Gerard u l-midfielder ta’ Manchester City Yaya Toure.