Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Temi relatati mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew diskussi f’konferenza organizzata mill-MBB

Il-Malta Business Bureau (MBB) organizza konferenza, li matulha ġew diskussi numru ta’ temi relatati mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li jaffettwaw b’mod dirett lin-negozji f’pajjiżna. Il-konferenza ħadet il-forma ta’ dibattitu bejn tliet kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew: Helga Ellul f’isem il-Partit Nazzjonalista, Marlene Mizzi f’isem il-Partit Laburista u Carmel Cacopardo f’isem l-Alternattiva Demokratika. Attenda wkoll il-kandidat tal-PN Jonathan Shaw.

Saru wkoll indirizzi mid-Deputat President tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija Anton Borg, kif ukoll mill-President tal-MHRA Paul Bugeja. Fost it-temi diskussi kien hemm kif l-MEPs jistgħu jgħinu aktar lin-negozji Maltin japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea. Din l-attività kienet l-aħħar waħda għal George Vella bħala President tal-MBB, hekk kif postu issa se jiehdu Mario Spiteri, li bħalissa hu l-Viċi President.

Mario Spiteri jieħu t-tmexxija tal-MBB fi tmiem dan ix-xahar.